Lokali

9 persuni jinżammu mill-Pulizija wara tfittxijiet fiż-żoni tal-Marsa u l-Ħamrun

Kontrolli li saru fuq numru ta’ persuni fl-inħawi tal-Marsa u l-Ħamrun wasslu biex il-Pulizija qed iżżomm lil disa’ persuni.

Net News jinsab infurmat li l-arresti saru iktar kmieni dalgħodu, b’dawk arrestati jkunu mill-Mali, Niġerja, Gambja u l-Eritrea fost oħrajn.

Dan qed jinżammu prinċiparjament talli naqsu li jipprovdu dokumenti jew inkella biex tkun ikkonfermata l-identità tagħhom jew il-permess ta’ residenza f’pajjiżna.