Lokali

DAHRU MAL-ĦAJT: Jattakka lill-ġurnalisti għat-tieni jum konsekuttiv

Muscat jibqa' jirrepeti li l-investigazzjoni hi fuq 17 Black

“Tkellimt ċar. Full stop. Fresh line.”

Kienet din ir-reazzjoni ta’ Muscat għall-pressjoni li qed issir mill-media biex jieħu azzjoni fil-konfront taċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri hekk kif issa għaddejja inkjesta Maġisterjali dwar il-kumpanija sigrieta 17 Black – kumpanija li kellha pjan (skont il-fatti żvelati minn numru ta’ emails) li tgħaddi eluf ta’ Dollari fil-kumpanijia sigrieti Hearnville u Tillgate, ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.

Iżda minflok wieġeb jekk hux se jkeċċi lil Keith Schembri minħabba li qed jiġi investigat, Muscat baqa’ jiddefendih u qal li “l-investigazzjoni hi fuq il-kumpanija”.

Tant kien pressat mill-media, li Joseph Muscat spiċċa dar fuq il-Ministru Owen Bonnici biex jiddefendih hu mid-domandi.

Mal-ewwel kienet qawwija r-reazzjoni għal dan il-kliem li irrepeta illum Muscat, tant li l-ġurnalist Chris Peregin kiteb li allura issa nispiċċaw nitfgħu lil “shell company” il-ħabs.