L-ewwel sessjoni plenarja tal-Kunsill Ġenerali li qed issir fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, infetħet mill-President tal-istess Kunsill, Kristy Debono.
Kristy Debono sostninet li dan id-dokument tal-Kunsill Ġenerali hu xhieda tal-viżjoni tal-futur tal-Partit Nazzjonalista… partit iktar miftuħ, parteċipattiv, dinamiku u leali lejn il valuri tiegħu. Partit li jħoss il-polz tal-popolu tiegħu, partit li jimpurtah. Dan huwa l-mod ġdid tal-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija tal-Kap Adrian Delia ta’ kif iwassal il-politika tiegħu.
Kristy Debono temmet id-diskorw tagħha fejn qalet li ħadd mhu se jaqa’ lura f’soċjeta li jimpurtaha.
//= $special ?>

