Lokali

Ġid għal kulħadd f’soċjetà li jimpurtaha

Is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli jippreżenta d-dokument tal-Kunsill Ġenerali

Għal pajjizna hemm triq oħra, triq aħjar. Nemmen li l-Partit Nazzjonalista kapaċi jibni pjan fit-tul u nfasslu futur flimkien. Nistgħu noħolqu l-ġid bis-sewwa mingħajr ma nagħlqu għajnejna għall-korruzzjoni, mingħajr ma nbigħu lil pajjiżna. Irid ikollna viżjoni alternattiva għal dik tal-Gvern, alternattiva li toħloq il-ġid u tqassmu b’mod ekwu bejn kulħadd. Sostna dan is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli meta kien qed jindirizza l-ewwel sessjoni plenarja tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema “Ġid għal Kulħadd f’Soċjetà li Jimpurtaha.

Dan il-Kunsill Ġenerali quddiemu għandu dokument għad-diskuzzjoni ta’ analiżi, viżjoni u missjoni. Analiżi ta’ sitwazzjoni studjata u mibinja fuq riċerka tal-fatti li joħorġu minn statititka Maltija u Ewopea kif ukoll mibnija fuq il-prinċipji ta’ dan il-partit. F’dan id dokument politiku l-iktar ħaġa importanti hi li jkun hemm ġid għal kulħadd f’soċjetà li jimpurtaha. Irid ikun hemm evalwazjzoni fattwali tal-fatti ippreżentati minna u wara jiġu elenkati l-isfidi politiċi li pajjiżna jista’ jkollu fil-futur. Huwa dokument mimli proposti għax pajjiżna jeħtieġ pjan fit tul.

Pajjiżna irid isalpa tajjeb mhux biss fi klima tajba iżda wkoll fi klima ta’ maltemp. Pjan fit tul huwa biss għodda. Pjan ibbażat fuq viżjoni li fassal il-Kap Adrian Delia. Clude Puli sostna li jrid ikollna soċjeta li jimpurtaha mill-bidu sat-tmiem tal-ħajja. Soċjetà li jimpurtaha mill-kwalità tal-arja, mill-edukazzjoni, mis-saħħa. Soċjetà li għax jimpurtaha toħloq il-ġid għal kulħadd.

Pulis sostna li l-viżjoni tal-Partit Labutista hi waħda ta’ stat bla ruħ b’individwaliżmu sfrenat. Għandna Gvern li qed ibigħ iċ-ċittadidnanza tagħna b’viżjoni li tippromwoi kultura ta’ xejn mhu xejn. Gvern li jisma u ma jagħtix kaz.

Pajjiżna għandu wirt ekonomiku kbir. Isseħibna fl-UE li permezz tagħha tant għamilna suċess. Bnejna industriji li sal-lum għadhom is-sinsla tal-ekomonija tagħna. Bnejna reputazzjoni tajba mad-dinja. Politika tajba hi dik li kapaċi tħares fil-bogħod. Illum qed naraw li l-ekomija tagħna tista’ taffaċċja theddid ġodda frott tal-politika ħażina tal-Gvern. Nuqqas ta’ sostenibbiltà fejn ħafna mit-tkabbir huwa bbażat fuq iż-żieda fil pololazzjoni. Gvern b’nuqqas ta’ kapaċità li jattira industriji ġodda li jagħtuna impjiegi ta’ kwalità.

Ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna qed titnawwar bl-għemil tal-ogħla nies fil-poter. L-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna ġew imnawra. L-aħjar alternattiva li nistgħu noffru hi dik tal-Oppożizzjoni mmexxija minn Adrian Delia.

Clyde Puli sostna li minħabba l-iskandu ta’ 17 Black, pajjiżna qed ikun imxandar mal-erbat irjieħ tad-dinja minn aġenziji barranin. Barra minn dan hemm kazijiet oħra bħall-każ ta’ Piltatus Bank u l-Vitals.

Adrian Delia daħal il-qorti biex jiġġieled il-korruzzjoni u jġib lura dak li serqilna Gvern Laburista. Il-Partit Nazzjonalista u Adrian Delia biss jistgħu jiddefendu lill- poplu Malti.

Din ir-reputazzjoi ħażina qed thedded l-industriji li l-Partit Nazzjonalista bena f’25 sena. Fil-każ ta’ Sata Bank, in-nies spiċċaw b’ta fuqhom senduqhom għax friżawlhom l-assi tagħhom għax il-Gvern ma pproteġiex ir reputazzjoni tagħna.

Ftit snin ilu l-Gvern kien jitkellem fuq pushback u issa qed jitkellem fuq Malta kosmopolitana. L-importazzjoni ta’ ħaddiema barranini hija waħda taċ-cheap labour li qed tagħlaq f’morsa lil ħafna ħaddiema Maltin. F’Malta diġà għandna popolazzjoni densa, għalhekk hemm bżonn ta’ pjan fit-tul fuq it-traffiku, fuq skejjel godda u fuq is-saħħa.