Fil-parlament il-Gvern baqa’ jirrifjuta li jwieġeb dwar il-konnessjoni tal-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-kumpanija 17 Black, li issa hi involuta fl-iskandlu ta’ korruzzjoni b’konnessjoni mal-power station il-ġdida li bena dan il-gvern.
Kien il-Kap tal-Opożizzjoni Adrian Delia li fil-parlamen għamel diversi mistoqsijiet lill-gvern dwar jekk hux se ssir stqarrija ministerjali dwar il-konnessjoni ta’ Keith Schembri u 17 Black. Dan wara li aktar kmieni dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li l-inkjetsa li qed isir mhix dwar Keith Schembri iżda dwar 17 Black.
Fil-parlament il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li m’għandux iktar informazzjoni milli ta l-Prim Ministru dwar l-inkjesta 17 Black. Hu qal li l-inkjesta mhix dwar Keith Schembri iżda dwar 17 Balck.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsa lill-Ministru tal-Intern Michael Farrugia jekk għandux informazzjoni kif il-Prim Ministru jaf li din l-inkjesta mhix kontra Keith Schembri.
Il-Ministru Michael Farrugia wieġeb li ma kellux x’iżid ma’ dak li qal l-Ministru Bonnici u li kien se jħallu l-inkjesta għaddejja.
Adrian Delia staqsa wkoll lill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għandu stqarrja x’jagħmel wara li ddikjara li m’għandux opinjoni dwar 17 Black u li jekk dan hux jeffettwa l-finanzi tal-pajjiż f ir-rigward tal-Electrogas u l-power statios.
Il-Ministur tal-Finanzi informa lill-Ispeaker li ma kellux kummenti x’jagħmel.
//= $special ?>