Fl-għeluq tas-sessjoni plenarja tal-Kunsill Ġenerali, il-Viċi Kap għall-ħidma tal-Partit Robert Arrigo, sostna li dan il-partit huwa partit kbir, partit li kulħadd iħares lejh. Għalhekk irridu naħdmu flimkien għax għandna dmir li naħdmu flimkien, b’hekk biss nistgħu naslu.
Huwa d-dmir tagħna li nkunu miftuħin għan-nies. Irridu naħdmu flimkien b’mod ġdid biex inkunu iktar effettivi u nilħqu l-għan tagħna.
Irridu naħdmu biex nerġgħu ntellgħu t-tielet siġġu fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Arrigo appella lin-nies biex joħorġu jivvutaw fl-Elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej biex b’hekk ikollna Oppożizzjoni soda.
Poplu li jaf li l-Partit Nazzjonalista huwa l-partit it-tajjeb. Adrian Delia kellu raġun fuq ir-rapport tal-Egrant fejn il-qorti tagħtu raġun u fuq ħafna kwistjonijiet oħra.
Kieku kollox trasparenti wieħed m’għandux jistenna l kawżi tal-Qorti, tal-Pulizija, tal-FIAU. Kieku kollox tajjeb kieku ma jkunx hemm ħeba. Il-fama ta’ pajjiżna qed tinżel minn waħda tajba għal waħda ħażina. Il-bandiera tal-Partit Nazzjonalista hija s-soluzzjoni għal dan kollu.
Hu rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-media tal-PN li qed jagħtu sehem kbir, taħt it-tmexxxija taċ-Chairman Eżekuttiv Pierre Portelli li diġà xpruna bidliet importanti li qed jiġbdu udjenzi akbar. Robert Arrigo temm id-diskors tiegħu billi qal li xogħlu huwa biss għal dan il-partit, li jressaq lil dan il-partit eqreb li jieħu t-tmun ta’ Malta f’idejh.
//= $special ?>