– Frederick Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi qal li l-ambjent hu responabbiltà ta’ kulħadd u għalhekk għandu jkun hemm politika nazzjonali mfassla mill-partijiet konċernati kollha. Malta tilfet tmien postijiet fil-lista ta’ pajjiżi li laħqu l-miri għal żvilupp sostenibbli. Dan it-tnaqqis hu tort tal-mod kif l-awtoritajiet mhux jagħtu każ il-kwistjonijiet ambjentali tal-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ d-diversi problemi li qed jolqtu lill-pajjiż u appella għal strateġiji fit-tul. Il-pajjiż qed jirriskja li jibqa’ mfakkar bħala pajjiż li jara sal-ponta ta’ imnieħru. Jeħtieġ edukazzjoni ambjentali mifruxa fuq is-setturi kollha.
Eco-Għawdex kien kunċett li kellu l-iskop li jittrasforma l-komunità ta’ Għawdex mill-aspett ambjentali u ekonomiku. Hu qal li ħafna żgħażagħ Għawdxin qed jagħżlu li jmorru jgħixu f’Malta minħabba li f’Għawdex m’hemmx xogħol biżżejjed għall-Għawdxin. Kemm jista’ jkun l-Għawdxi għandu jaħdem f’Għawdex stess.
Hu tkellem dwar ir-relazzjoni bejn is-saħħa u l-ambjemt u qal li l-awtoritajiet li għandhom rwol ta’ regolaturi għandhom ikunu indipendenti mill-politiċi f’kull deċiżjoni li jieħdu.
//= $special ?>