Is-sena 2018 ser tibqa’ titfakkar bħala waħda mill-aktar snin impenjattivi għad-Dipartiment tad-Dwana Maltija.
Dan hekk kif illum għaldarboħra twettqet sejba sostanzjali tad-droga wara li f’kontejner ġej mill-Ekwador fi triqtu lejn Ċipru nstabu mal-44 kilogramma kokaina.
Wara li sar scan fuq il-kontejner, instabu mal-35 pakkett bl-imsemmija droga – li l-valur tagħha jlaħħaq l-4.5 miljun ewro.
Intant il-Pulizija mill-Iskwadra ta Kontra d-Droga għaddejja bl-investigazzjonjiet filwaqt li l-inkjesta Maġisterjali qed titmexxa mill-Maġistrat Joe Mifsud.
//= $special ?>


