Fl-aħħar jiem fil-Kumpless tal-MBA f’Ta’ Qali, tħabbru l-Plejers tas-Sena għall-istaġun 2017/2018. Roderick Vella ta’ Hibernians u Keith Dimech ta’ Luxol rebħu l-Plejer tas-Sena tal-Ewwel Diviżjoni u tad-Dilettanti tal-irġiel. Nathan Xuereb ta’ Gżira Athleta, Matthew Scerri ta’ Starlites u Neil Cassar ta’ Hibernians rebħu l-unuri tal-aqwa plejers ta’ taħt id-19, is-16 u l-14-il sena.
Samantha Brincat ta’ Hibernians rebħet il-Plejer tas-Sena tan-nisa. Christina Curmi ta’ Luxol u Kristy Galea ta’ Starlites rebħu l-aqwa plejer ta’ taħt it-23 u d-19-il sena. Sasha Lecuyer ta’ Starlites u Julia Borg rebħu l-unuri ta’ taħt is-16 u l-14-il sena. Il-preżentazzjoni saru mill-President tal-MBA Paul Sultana u l-Uffiċjal Kap tal-BOV Peter Perotti.
//= $special ?>