Lokali

“Joseph Muscat mhux jgħid il-verita'” – Adrian Delia

"Issa lil Joseph Muscat mhu jemmnu ħadd"

Dikjarazzjoni cara mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’konferenza tal-aħbarijiet… fejn sostna b’mod dirett illi, ghalkemm il-Prim Ministru jiddejjaq isemmi l-isem 17 Black, din hi inkjesta dwar din il-kumpanija u l-persuni marbutin maghha.

Jiddikjara wkoll li ma jarax konnessjoni bejn Keith Schembri, Konrad Mizzi u 17 Black.

Il-Kap tal-PN sostna illi f’attentat biex jaħrab mill-mistoqsijiet, Muscat qed jghid li hu se jistenna l-inkjesta titlesta. Il-Prim Ministru jgħid li ma jistax ikun jaf kontra min għaddejja l-inkjesta, imma fl-istess waqt jgħid li l-inkjesta mhix kontra Keith Schembri.

Adrian Delia staqsa għaliex il-PM jibqa’ jaħrab milli jammetti li għaddejja investigazzjoni fuq individwi. U staqsa jekk dan hux ħabba dikjarazzjoni li kien għamel Muscat qabel l-elezzjoni.

Adrian Delia fakkar kif Joseph Muscat ħalef lealtà lejn il-Kostituzzjoni u l-poplu Malti u Għawdxi, imma issa spiċċa jiddefendi biss l-interess ta’ persuna waħda – ta’ Keith Schembri.