Theresa May se jkollha tmur lura Brussell nhar is-Sibt li ġej wara li l-laqgħat tal-lum ma’ Juncker ma wasslu għall-ebda qbil definittiv dwar Brexit – laqgħa li se ssir fl-isfond ta’ pressjoni kbira minħabba li l-għada l-Ħadd isir is-summit urġenti tal-Mexxejja Ewropej.
Il-laqgħat tal-lum sippost kellhom ifasslu t-triq il-quddiem biex l-Ingliżi joħorġu mill-Ewropa. Iżda sa issa għad m’hemm xejn konkluż.
Kelliem għall-Kummissjoni Ewropea qal li fuq il-ftehim ta’ Brexit “ix-xogħol għadu għaddej, u ġie reġistrat progress”.
//= $special ?>

