Kunsilli Lokali Lokali

L-ewwel elezzjoni tal-Kunsilli eżatt 25 sena ilu

It-turnout kien ta' 62 fil-mija

Kien bħal-lum 25 sena ilu, f’Novembru tal-1993, meta ħareġ ir-riżultat tal-ewwel elezzjonijiet lokali li qatt saru f’pajjiżna – proġett li kien xprunat minn Gvern Nazzjonalista, u li tul is-snin issarraf f’ġid kbir għal diversi lokalitajiet.

Kienu 62.6% dawk li ivvutaw għal 11-il Kunsill f’Malta u Għawdex. L-akbar turnout kien f’Ħal Balzan u fl-Għasri.

U għall-fini tal-istorja, kien preċiżament fl-Għasri fejn ġew eletti l-ewwel żewġ kunsillieri lokali.

F’dawn l-elezzjonijiet il-Partit Laburista kien għażel li ma jipparteċipax.