L-OLAF, l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi, ċaħad li qed jinvestiga lill-Membru Parlamentari Ewropew Malti David Casa.
Fid-dawl ta’ diversi allegazzjonijiet fil-midja lokali li l-OLAF kienet qed tinvestiga lil David Casa, il-portal Newsbook.com.mt staqsa jekk dan hux minnu.
Kelliem għall-OLAF ċaħad li għaddejja investigazzjoni filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ li persuna dejjem titqies innoċenti qabel ma tinstab ħatja bil-provi. Ikun biss wara li jsir l-assessjar preliminari, li l-OLAF tiddeċiedi jekk tiftaħx investigazzjoni dwar Casa jew le.
L-OLAF sostniet li qiegħda biss tassessja l-informazzjoni li waslitilha. Il-fatt li l-OLAF tassessja l-informazzjoni ma jfissirx li l-individwu fil-każ ikun ħati.
Intant, il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa ċaħad li uffiċjali tal-OLAF tkellmu miegħu dwar l-allegazzjonijiet li saru kontrih ippubblikati fil-gazzetta MaltaToday.
//= $special ?>

