Mara li kienet ikkundannata sentenza ta’ 12-il xahar ħabs fuq traffikar ta’ eroina ,rat is-sentenza tagħha mibdula f’sentenza li tista’ taffettwa kull kundanna bbażata fuq stqarrijiet rilaxxati taħt interrogazzjoni bejn l-2010 u l-2016.
Il-qorti tal-appell qalet li d-dikjarazzjonijiet li ħarġu mingħajr assistenza legali u d-drogi li nstabu permezz ta’ tfittxija irregolari meta neżżgħuha biex ifittxulha, kellhom jiġu mwarrba mill-evidenza.
Claire Farrugia, ta’ 39 sena, neżżgħuha biex ifittxulha, meta żaret lil Elaine Rapinett li kienet qed iservi ħin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. It-tfittxija ġiet ordnata wara li Rapinett u priġunieri oħra ġew osservati li aġixxew b’mod suspettuż qabel iż-żjara. Farrugia ma kinitx infurmata li hi setgħet tirrifjuta t-tfittxija fuqha u titlaq.
Id-droga eroina kienet instabet moħbija fil-partijiet privati ta’ Farrugia. Dak il-ħin hi ġiet arrestata u interrogata. Fid-dikjarazzjonijiet tagħha lill-pulizija, fejn ma kienx hemmm avukat preżenti, il-mara ammettiet li ġabet id-drogi għal Rapinett u li kienet ilha tagħmel dan għal dawn l-aħħar sitt xhur.
Farrugia kien akkużata bi traffikar ta’ eroina, pussess tad-droga mhux għall-użu personali u kuntrabandu tal-mediċina fil-ħabs. Hi ġiet ikkundannata għal 12-il xahar, kif ukoll multa ta’ € 1,200.
Wara, hi ressqet appell fejn qalet li d-dikjarazzjonijiet li ħarġu mingħajr assistenza legali kellhom jiġu ddikjarati inammissibbli bħala evidenza u li t-tfittxija li saret fuqha kienet waħda illegali u irregolari.
Il-Qorti tal-Appell Kriminali, ippreseduta mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, eżaminat fid-dettall dan il-każ.
Fiż-żmien tal-arrest ta’ Farrugia, il-liġi Maltija kienet tagħti lill-persuna arrestata d-dritt għall-konsultazzjoni ta’ siegħa ma’ avukat qabel l-interrogazzjoni. Kien imbagħad f’Novembru tal-2016, li d-dritt għall- assistenza legali sħiħa kemm qabel kif ukoll matul l-interrogazzjoni,saret liġi.
In-nuqqas ta’ avukat matul l-interrogazzjoni jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tagħhom u għalhekk jagħmel dawn l-istqarrijiet inammissibbli.
Il-Maġistart Conselo Scerri Herrera kkonkludiet li għalkemm ma kienx hemm ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, il-prattika ma kinitx konformi mad-Direttiva tal-UE 2013/48 u ddikjarat inammissibbli d-dikjarazzjonijiet.
Fir-rigward tat-tfittxija li saret fuqha, il-qorti ddeċidiet li dan sar b’mod illegali minħabba l-fatt li Farrugia ma ġietx informata bid-dritt tagħha li tista’ tirrifjuta.
L-uffiċjal tal-Ħabs aġixxa mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-Direttur tal-Ħabs u li kull tfittxija intima kellha tkun awtorizzata minn Maġistrat. Għalhekk il-qorti ddikjarat it-tfittxija bħala illegali u li konsegwentement, kwalunkwe evidenza li ħarġet minn din it-tfittxija tiġi trattata bħala inammissibbli. Dan ifisser li l-bqija tal-evidenza mressqa mill-prosekuzzjoni ma kinitx biżżejjed biex tipprova l-każ.
L-Avukati Franco Debono u Anita Giordmaina dehru għall-akkużat.
//= $special ?>

