Matul il-Kunsill Ġenerali tal-Erbgħa pparteċipaw numru ta’ Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.
Il-kunsillier tal-PN fis-Swieqi Justin Fenech qal li wasal iż-żmien li l-Kunsilli Lokali ma jibqgħux tallaba tal-Gvern. Qal ukoll li l-kunsilli qed ikollhom jiġru wara l-awtoritajiet sabiex jiġu protetti ir-residenti.
Dwar il-Kunsilli tkellmet ukoll is-Sindku ta’ Ħal Lija Magda Magri Naudi fejn tenniet kif qed jitnaqqru l-poteri tal-kunsilli. Tkelmet ukoll rigward in-nuqqas ta’ wardens fl-istess lokalita’, spjegat li qed ikun hemm problemi biex jinħarġu ċerti permessi. Għalqet id-diskors tagħħa billi qalet li għandna naħdmu bilgħaqal u flimkien għandna naslu.
Tkellem ukoll Marvin Abela, kandidat ġdid għall-Kunsill Lokali fil-Mellieħa, illi qal li meta wieħed iħares lura jara li kien il-Partit Nazzjonalista li dejjem saħħaħ kemm lil pajjiżna kif ukoll lill-Kunsilli Lokali. Appella li l-Gvern għandu jagħti widen għal dak li verament iridu n-nies.
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tenna li kemm il-darba attendew partitarji Laburisti ġewwa d-Dar Ċentrali sabiex jitkellmu u jiftħu qalbhom minn dak li verament ikunu għaddejjin. Qal ukoll li l-Gvern qed jiftaħar bil-budget li għamel iżda ma jarax kemm hawn familji li għadhom jittalbu, nies li ma sservihomx il-penzjoni sal-aħħar tax-xahar u kemm għad hawn nies foqra għarkubbtejhom.Spicca d-diskors tiegħu billi qal li hu kburi li jagħmel parti minn dan il-partit għax huwa partit li jagħti kas ta’ kulħadd.
Il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista Angelo Micallef qal li llum il-ġurnata għandna gvern li ma jagħti kas xejn u jibqa’ għaddej qisu ma ġara xejn. Tenna li l-Partit Nazzjonalista għandu dmir li jaspira lil pajjiżna sabiex il-ġid ikun għal kulħadd, il-Partit Nazzjonalista qed juri li mhux qed jinfexx fil-kritika biss iżda dejjem kien il-partit tal-viżjoni u juri biċ-ċar li jemmen f’pajjiżna.
James Aaron Ellul, Minority Leader tal-Partit Nazzjonalsta fil-Kunsill tal-Floriana, jgħid li pajjiżna għandu bżonn tmexxija li ssaħħaħ mill-ġdid lil Malta.
Il-Kandidata tal-Partit Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici qalet li l-poplu Malti qed jara fil-Partit Nazzjonalista t-tama li jibdel lil pajjiżna, f’pajjiż normali. Hija qalet li dan il-pajjiz ma jistax jibqa’ pajjiz fejn il-kbir jibqa’ jikber u ż-żghir jibqa jiċkien’. Tenniet ukoll li mhux ser taċċetta lil min jidħol fil-politika biex iħammeg lil Malta jew jisraq minn dar il-poplu. Għalqet billi qalet li s-skiet tal-Prim Ministru qiegħed ikisser ir-reputazzjoni ta’ Pajjiżna li tant ħdimna għalih.
Id-deputat Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, qal li l-Partit Nazzjonalista jimpurtah minn kulħadd, mill-kbir saż-żgħir iżda minn naħa l-oħra għandna Prim Ministru li lest jiddefendi lill-kriminali u aħna għandna r-responsabbilita’ li nkomplu nikkonvinċu li jkollna gvern li jimpurtah u mhux gvern li jimbuttah u jwarrbek. Għalaq billi qal li l-Partit Nazzjonalista jieqaf biss meta jirbaħ iżda ħaddieħor ser ikollu jieqaf minħabba t-toqol tal-korruzzjoni.
Errol Cutajar, kandidat tal-Partit Nazzjonalista, qal li l-Partit Nazzjonalista kien u għadu l-Partit li jippjana fit-tul u qiegħed jaħdem sabiex inġibu lura ir-reputazzjoni ta’ Pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista qed iwissi li l’quddiem jaf jiġu ċirkustanzi fejn inbatu lkoll kemm aħna għalhekk għandna nkunu minn issa soċjeta li jimpurtaha.
Kandidat ieħor tal-Partit Nazzjonalista, Karl Muscat, qal li l-flus huma importanti iżda il-valuri huma imprezzabli. Hu jixtieq jara li ma jintilfux il-valuri, l-identita’ u fejn il-ġid jiġi mqassam ma’ kulħadd. Għalaq billi ħeġġeġ sabiex nagħtu appoġġ lil xulxin u naħdmu spalla ma’ spalla sabiex xi darba niggvernaw mingħajr korruzzjoni.
Il-Kunsilliera fil-Gżira u Kandidata tal-Partit Nazzjonalista, Graziella Attard Previ qalet li l-ġid li hawn f’pajjiżna bħalissa huwa grazzi għall-Partit Nazzjonalista. Saħqet li l-Partit Nazzjonalista qiegħed juri biċ-ċar li jixtieq ġid għal kulħadd għall-kontra ta’ dan il-gvern fejn naraw li d-distakk bejn dawk li huma fqar u dawk li għaddejjin ħajja komda, dejjem qiegħed jikber. Tkelmet ukoll rigward il-Gender Pay Gap fejn kompliet tiżdied, għall-kuntrarju ta’ dak li qal l-Gvern li kien jgħid li huwa l-aktar Gvern Femminista.
Tkellem ukoll il-Membru Parlamentari Edwin Vassallo, fejn wera solidarjeta’ ma’ ħafna nies li qed ibatu minħabba li wiċċ il-korruzzjoni għandu wiċċ uman. Għalaq billi l-ewwel li rridu nirbħu hija lill-kultura tax-xejn m’hu xejn u nemmnu fil-valuri billi il-ġid inqassmuh ma’ kulħadd.
Il-Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f’Ħal Balzan Andre Grech, qal li kuljum jiltaqa’ ma nies li jsibu problemi fin-negozji tagħhom, għal kontra ta’ dak li jgħid il-gvern. Qal ukoll li pajjiżna għandu jibda t-triq sabiex naraw li pajjiżna jerġa’ jqum fuq saqajh u jieħu r-reputazzjoni li kellu qabel iżda li kissirilu dal-gvern bil-korruzjoni.
//= $special ?>