Lokali Parlament

Problemi kbar għall-komunità ta’ Birżebbuġa

– Hermann Schiavone, PN

Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone qal li l-komunità ta’ Birżebbuġa qed tbati minħabba diversi problemi ambjentali li hemm fil-lokal.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-iżvilupp sostenibbli Hermann Schiavone qal li l-ambjent hu dak kollu li aħna mdawrin bih. Hu qal li hemm diversi problemi bil-fuel depot l issa ilu hemm mill-ħamsijiet. Il-PL kien wiegħed li se jneħħi dan l-impjant biex iż-żona tkun gawduta mill-pubbliku iżda s’issa dan għadu fil-post.

L-irwejjaħ li joħorġu minnu huma problma flimkien ma-trakkijiet li jgġħaddu. Dan qed iniġġeż kontinwament il-baħar minħabba li qed ikun ħruġ ta’ żejt. Porblema oħra ġejja mill-bunkering, sostna Hermann Schiavone, li kompla li mhux aċċettabbli l-bunkering jibqa’ jsir fil-port meta dan suppost isir barra l-port.

Problema oħra għall-kwalità tal-baħar ġejja mill-Port Ħieles minħabba li qed ikun hemm ħruġ taż żejt u rimi taż-żejt mill-vapuri.

Dwar il-kwalità tal-arja, Hermann Schiavone qal li ma kienx hemm titjib fil-kwalità tal-arja anki l-istatistika tal-gvern qed turi li din marret għall-agħar meta bdejna nużaw l-impjanti tal-gass. Hu staqsa jekk hemmx fabbriki li qed joperaw bil-lejl u qed iħammġu l-arja meta dawn jaħdmu bil-lejl.

Id-deputat Nazzjonalista qal li r-residenti ta’ Birżebbuġa qed ibatu bil-ħsejjes tal-ajruplani li jgħaddu minn fuq iż-żona magħrfua bħala ‘Tal-Papa’. Hu semma’ l-ajruport ta’ Heathrow fejn hu ristrett ħafna biex jintuża bil-lejl għal tul ta’ sebgħa siegħat. Dan hu ammont kbir ta’ sigħat u matulu jinżlu biss ajruplani li ma jagħmlux ħafna ħsejjes. Mhux ġustifikat li f’Malta ma jittieħdux azzjonijiet simili.

Hermann Schiavone qal li l-Free Port qed joħloq problemi kbar minħabba li jopera 24 siegħa kuljum. Id-dritt tal-mistrieħ tan-nies hu importanti iktar mill-vijabbiltà tal-kumpanija.

Il-generators ta’ fuq il-vapuri fil-port ukoll qed jikkaġunaw inkonvinjenti kbar għaliex dawn jibqgħu mixgħulin il-lejl kollu. Rapport dwar il-ħsejjes stabbilixxa li l-ħsejjes f’Birżebbuġa m’humiex f’livell aċċettabbli. Il-Ministru qal biss li qed jistudja din il-problema minħabba li n-nies mhux jorqdu u qed jistennew azzjoni. L-ewwel azzjoni għandha tkun li jkuna ssigurat li jkun hemm shore to ship supply.

Hu qal li l-Gvern issa qal li kien identifikat issir tat-trakka tal-karrozzi f’Ħal Far iżda l-Ministru għadu mhux jikkonferma dan fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari.