Futbol Sport

Rikonoxximent lil żewġ plejers tat-tim Nazzjonali Malti

Tal-bieraħ kienet l-aħħar partita ta' Andre' Schembri man-nazzjonali

Il-plejers Maltin Andre’ Schembri u Roderick Briffa lbieraħ irċievew rikonoxximent mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għas-sehem importanti li taw tul is-snin mat-tim nazzjonali Malti tal-futbol. Dan ir-rikonoxximent ingħata fil-partita li Malta kellha f’Ta’ Qali kontra l-gżejjer Faroe.

Ilbieraħ Roderick Briffa kien qed jilbes il-flokk tan-nazzjonal għall-100 partita tiegħu, filwaqt li Andre Schembri lagħab l-aħħar logħba mat-tim nazzjonali. Dan hekk kif ftit tal-jiem ilu ħabbar li irtira min-nazzjonal.

Andre’ Schembri għadu qed jilgħab futbol professjonali f’Ċipru.

Preżenti mal-Kap tal-PN Adrian Delia kien hemm ukoll id-deputat Ryan Callus li hu l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport.