Ewropa Lokali

100 sena ta’ Polonja Indipendenti

Il-Ministru tal-Affarijijet Barranin Pollakk Jacek Czaputowicz dalgħodu qiegħed kuruna ta’ fjuri fuq il-monument iddedikat lil numru ta’ suldati Pollakki li tilfu ħajjithom f’pajjiżna, u li jinsab fil-Barrakka ta’ Fuq.

Il-Ministru Pollakk qiegħed Malta fuq żjara uffiċċjali f’għeluq il-100 sena minn mindu l-Polonja reġgħet kisbet l-indipendenza.

Il-Polonja ħadet it-tieni Indipendenza tagħha fl-1918 wara li reġgħet ħadet is-sovranità tagħha minn idejn l-imperi Ġermanizi, Awstrijaċi u Russi.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Pollakk mistenni jkollu aktar laqgħet f’Malta matul din il-ġimgħa.