Lokali

Adrian Delia jġib fix-xejn l-argumenti ta’ Muscat dwar 17 Black

Wara jumejn li fihom il-Prim Ministru żelaq diversi drabi dwar l-iskandlu 17 Black, illum Joseph Muscat għażel li jaħrab kompletament lill-media.

Fl-istess waqt, id-difiża li qed jipprova jagħmel biex joħroġ għonqu għal Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, ġiet imxejjna għal kollox mill-Kap tal-PN Adrian Delia.

Il-bieraħ, Adrian Delia espona l-gideb tal-Prim Ministru u ġab fix-xejn, bil-provi,  l-argumenti li qed jipprova jagħmel Muscat biex jibqa’ sal-aħħar jiddefendi dak li bl-ebda’ mod possibbli m’għadu difensibbli.