Fl-okkażjoni ta’ Black Friday li aktar ma jgħaddi żmien qed iżżid fil-popolarità, il-Malta Football Association ħadet inizjattiva simili u ħabbret li għall-partiti tad-diviżjonijiet li se jintlagħbu għada l-Ġimgħa, id-dħul se jkun mingħajr ħlas. Din l-inizjattiva ma tgħoddx għas-sezzjonijiet tal-VIP u t-Trophies Lounge.
B’kollox hemm ħames logħbiet li l-logħbiet tagħhom se jkunu mingħajr ħlas.
Kampjonat Premier
Stadium Nazzjonali – Balzan v Ħamrun Spartans fis-7.00pm
Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni
Luxol Stadium – Swieqi United v Qrendi fis-7.00pm
Victor Tedesco Stadium – Pembroke Athleta v Naxxar Lions fis-7.00pm
Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni
Centenary Stadium – Siġġiewi v Mġarr United fis-6.00pm
Centenary Stadium – Marsaxlokk v Luqa St. Andrews fit-8.15pm
Din l-idea setgħet tkun aktar possibbli minħabba li aktar kmieni din is-sena, il-Malta Football Association kienet ħabbret skema li tiggarantixxi dħul fiss lill-klabbs mill-gate money minħabba li l-MFA se tkun qed tixtrih. Din l-iskema għandha l-valur massimu ta’ €175,000.
//= $special ?>