Knisja Lokali

F’ġurnata titnaddaf il-Kamra li ġġarrfet

L-Għaxqin determinati għall-festa t'Awwissu

F’jum wieħed ġie żbarazzat it-terrapien kollu li ħalliet warajha l-isplużjoni li qerdet għal kollox waħda mill-kmamar fil-Kumpless tan-Nar Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq.

Ritratt li ġie ppubblikat fuq is-social media juri l-post eżatt fejn seħħet l-isplużjoni.

Il-Każin Għaxqi fi stqarrija qal li dan l-inċident mhux se jaqta’ qalb dawk il-pirotekniċi li huma appasjonati tal-festa ta’ Santa Marija. Fil-fatt, mal-ewwel se tkompli l-ħidma fuq il-festa 2019.