Fid-Dar Ċentrali tal-PN, fis-6:30pm ikompli l-Kunsill Ġenerali bit-tieni sessjoni plenarja. Dan wara li lbieraħ ingħata bidu għal-laqgħat fid-Dar Ċentrali tal-PN bis-sehem ta’ diversi kunsillieri li għamlu l-interventi tagħhom.
Illejla, jagħlaq is-sessjoni l-Viċi Kap tal-PN David Agius.
Għada imbgħad ikun imiss laqgħa f’Ta’ Sannat għall-attivisti Għawdxin.
Il-Kunsill Ġenerali jilħaq il-qofol tiegħu l-Ħadd bid-diskors tal-Kap tal-PN Adrian Delia.