L-ispiżjara kollha li jaqgħu taħt iċ-ċivil bħalissa qed isegwu direttivi ordnati mill-UĦM Voice of the Workers wara li ma kienx hemm żviluppi fid-diskussjonijiet dwar il-Ftehim Kollettiv. Id-direttivi jaffetwaw lill-ispiżjara fl-isptarijiet tal-Gvern, inkluż dawk f’Mater Dei u San Vinċenz de Paul.
Net News jinsab infurmat illi l-Gvern fl-aħħar ġimgħat kompla jkaxkar saqajh u jtawwal iż-żmien fuq din il-kwistjoni pendenti.
Sorsi qalulna li l-Gvern donnu diżinteressat u l-laqgħat mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru mhu jwasslu mkien. Agħar minn hekk, ma tressqet l-ebda proposta konkreta fuq il-pakkett finanzjarju tal-ispiżjara. Kien għalhekk illi l-union ordnat dawn id-direttivi.
Dan l-istrajk tal-ispiżjara jaffetwa is-servizz kollu taċ-ċivil, inkluż it-tqassim tal-mediċina lill-anzjani f’San Vincenz u s-servizz tal-POYC.
Il-UĦM qed tinsisti illi fejn hemm emerġenzi dawn qed jiġu indirizzati sabiex il-pazjent l-aktar fil-bżonn ma jkunx milqut b’mod negattiv mid-direttivi.
//= $special ?>