Futbol Sport

Rapporti dwar trattativi bejn David de Gea u Juventus

De Gea b'wieħed mid-diversi saves kontra Sevilla

Rapporti fid-diversi media internazzjonali qegħdin jgħidu li Jorge Mendes, l-aġent tal-gowlkiper ta’ Manchester United u t-tim nazzjonali Spanjol, David de Gea qiegħed jiddiskuti ma’ Juventus dwar il-possibilita’ li dan jingħaqad magħhom l-istaġun li ġej.

Il-kuntratt ta’ de Gea jiskadi fl-aħħar ta’ li staġun, anke jekk il-kuntratt eżistenti jgħid li l-United għandhom dritt fuq il-plejer għal estensjoni ta’ staġun ieħor, li jfisser li mhemm l-ebda tama li huwa jitlaq b’xejn fis-sajf li ġej.

Il-ġurnal Taljan Tuttosport irrapporta li l-aġent Mendes, anke beda taħditiet mad-Direttur Sportiv Juventin Fabio Paratici. Il-Juventus tilfu lil Gigi Buffon, li ngħaqad ma’ PSG is-sajf li għadda, bl-ex gowlkiper ta’ Arsenal Wojciech Szczęsny jieħu postu.

Madankollu, Juventus qed jikkunsidraw lil de Gea, bħala s-sostitut denju ta’ Buffon, anke jekk dan iseħħ, iċ-Champions Taljani jridu jiksru r-rekord tad-dinja bħala ħlas għal gowlkiper biex jieħduh magħhom.

L-aġent Jorge Mendes, jieħu ħsieb ukoll lil Cristiano Ronaldo, li minn Spanja spiċċa l-Italja wara t-Tazza tad-Dinja. De Gea ilu mal-United għal dawn l-aħħar tmien snin, fejn rebaħ biss kampjonat wieħed. Huwa rebaħ ukoll FA Cup, League Cup, and Europa League, madankollu l-gowlkiper ta’ 28 sena, jixtieq li jibda jiġġieled għal kull unur maġġuri fuq bażi aktar konsistenti, kemm fil-kampjonat demistiku, kif ukoll fiċ-Champions League.

De Gea ma jinsabx fl-aqwa forma tiegħu dan li staġun, fejn ikkonċeda 21 gowl, fi 12-il partita tal-Premier League, iżda xorta waħda jekk jitlaq tkun daqqa kbira għal club ta’ Jose Mourinho. Fid-dawl ta’ dawn li spekulazzjonijiet kollha, l-United jingħad li diġa tefgħu ħarsithom fuq il-gowlkiper ta’ Everton u t-tim nazzjonali Ngliż, Jordan Pickford, kif ukoll jinsabu nteressati fin-numru wieħed ta’ Atletico Madrid, Jan Oblak.