L-MFSA bdiet, b’pass kajman, tindirizza farka mir-rebus li spiċċa fih is-Satabank.
Il-Ħamis, l-MFSA ħabbret li b’kollaborazzjoni ma’ EY, minn nhar is-26 ta’ Novembru, l-ewwel grupp ta’ klijenti tas-Satabank ser jibdew jirċievu d-depożiti tagħhom. Dawn ser ikunu dawk li għandhom bejn €50 u €15,000 fil-kont bankarju tagħhom.
Dawn l-ammonti jindikaw li dawn m’humiex kontijiet bankarji ta’ kumpaniji li jridu jħallsu lill-impjegati tagħhom fejn uħud minnhom ilhom ma jirċievu paga għal dawn l-aħħar xhur jew nkella s-sidien spiċċaw joħorġu l-paga minn buthom, bir-riskju li l-kumpanija tagħhhom tisfaxxa fix-xejn.
Dan hekk kif il-klijenti ta’ dan il-bank jinsabu f’sitwazzjoni ferm diffiċli – b’diversi kumpaniji m’għandhomx minn fejn iħallsu lill-impjegati tagħhom l-għaliex għandhom il-kontijiet friżati.
//= $special ?>