Lokali

Mumenti ta’ allarm wara li murtal ħa ħażin; ħadd ma weġġa’

Ħoss ta’ splużjoni qawwija fi Triq il-Qtates f’Ħal Għaxaq heżżet l-inħawi tal-madwar għall-ħabta tal-4:15pm.

Fil-post waslu immedjatament il-Pulizija u anke membri tal-Protezzjoni Ċivili illi kkonfermaw li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Net News hu nfurmat li l-isplużjoni kienet ikkawżata minn prova ta’ murtal illi marret ħażin. Għalkemm aktar kmieni, kien hemm min qalilna li din kienet ikkaġunata minn materjal pirotekniku li kienu qed jiddisponu minnu fil-Kamra tan-Nar ta’ San Ġużepp

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.