BALZAN…………………….. 2 ĦAMRUN S………………….. 2
Balzan: S. Sultana, J. Grioli, E. Serrano, H. Ascroft, S. Bezzina, N. Sljivic (E. Arab 88’), U. Ljubomirac, C. De Fiori, M. Lepovic (D. Camilleri 68’), A. De Paixao, A. Effiong
Ħamrun: M. Bartolo, K. Micallef, O. Nikolopoulos, E. Pepe, M. Gauci, A. Monticelli, T. Caruana, S. Nayar, C. Henneberg, C. Calil, K. Tulimieri
Imwissija: M. Gauci 39’ (Ħ), J. Grioli 72’, U. Ljubomirac 72’, E. Serrano Valero 82′ (B)
Skorjaw: S.Nayar 5’, K. Tulimieri 43’ (Ħ), A. Effiong 41’, U. Ljubomirac 45’ (B)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Roberto Vella, Cristopher Francalanza
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Triston Caruana (Ħamrun Spartans)
Attendenza: 420
Rapport: James Aaron Ellul
F’logħba mimlija spettaklu u azzjonijiet fl-ewwel taqsima, ħadet xejra differenti fit-tieni hekk kif Balzan u Ħamrun spiċċaw fi draw ta’ 2-2 f’din l-ewwel partita tal-11-il ġurnata tal-Kampjonat Premier.
Ħamrun marru fil-vantaġġ fil-ħames minuta hekk kif minn korner ta’ Triston Caruana, SEBASTIAN NAYAR irċieva l-ballun preċiż u tefa’ faċilment bir-ras fix-xibka. Erba’ minuti qabel in-nofs siegħa logħob Tulimieri tilef ċans tad-deheb hekk kif minn pass ta’ Calil ixxutja barra.
Fis-36 minuta logħba Sultana wettaq save mill-isbaħ minn azzjoni li żgur mhux forsi kienet titfa’ lill-Ħamrun f’pożizzjoni aħjar fuq il-partita.
B’numru ta’ opportunitajiet mitlufa mill-Ispartans, Balzan tista’ tgħid mill-ewwel azzjoni denja tagħhom, ġabu l-gowl tad-draw fil-41 minuta logħob, hekk kif ALFRED EFFIONG, b’xutt minn viċin għeleb lil Bartolo.
Dan il-vantaġġ iżda ftit dam hekk kif tliet minuti wara t-tim ta’ Tedesco mar fil-vantaġġ, b’KEVIN TULIMIERI għeleb b’gowl sabiħ lil Sultana. Qabel tmiem l-ewwel taqsima Balzan iżda ma straħux, u b’nuqqas fid-difiża Ħamruna, mill-ġdid sabu żblokk u xutt ta’ UROS LJUBOMIRAC li kien imxekkel minn Nikolopoulos xorta spiċċa daħal fix-xibka.
L-ewwel azzjoni fit-tieni taqsima waslet fil-55 minuta hekk kif minn daqqa’ ta’ ras ta’ Lepovic, Balzan pruvaw jegħlbu lil Bartolo, li iżda ma tax ċans biex dan iseħħ. Il-partita kompliet b’ħafna mil-logħob ikun f’nofs il-grawnd, fejn l-azzjonijiet li nħolqu kienu ta’ ftit li xejn pjaċir.
L-aħħar azzjoni tal-partita waslet fid-90 minuta hekk kif minn free-kick Ħamrun ftit li xejn ħolqu periklu, b’Balzan jiddefendu sew il-lasti. Xi ħaġa li ftit li xejn rajniha tul il-partita hekk kif tul il-set pieces, Balzan dehru batuti fid-difiża.
//= $special ?>