Hekk kif din il-ġimgħa bdew il-gradwazzjonijiet tal-istudenti Universitarji, f’dawn il-ġranet ingħata bidu wkoll għaċ-ċelebrazzjonijiet fit-toroq li huma sinonimi ma’ dan iż-żmien tas-sena.
Fil-fatt, dalgħodu grupp ta’ accountants li gradwaw din is-sena waslu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fejn esprimew il-ferħ tagħhom għat-tragward li laħqu. Dawn l-istudenti huma grupp żgħir minn mijiet li qed jigradwaw f’dawn il-ġranet.
Ic-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jkompli l-ġimgħa d-dieħla.
Fi ftit jiem oħra, isiru wkoll il-gradwazzjonijiet tal-istudenti tal-MCAST.
//= $special ?>
