Il-Ħadd ikompli l-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross bit-tieni attività, li se ssegwi l-Fun Race li kienet saret wara l-waqfa tas-sajf.
Intant bħal ma tagħmel kull sena matul Novembru, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi qed tieħu ħsieb torganizza quddiesa fil-Kumpless tal-ASMK biex tfakkar il-memorja tal-eks membri li mietu. Il-quddies għada tibda fl-10.00am, u fil-11.00am tibda l-warm-up tal-motoross li se jsir fil-kumpless tal-ASMK f’Ta’ Qali.
Il-maltemp li għamel fl-aħħar ġimagħtejn żamm l-assoċjazzjoni milli torganizza diversi attivitajiet fejn b’kollox tħassru żewġ attivitajiet tal-muturi Enduro li kellha ssir il-Ħadd 11 ta’ Novembru u mistennija ssir il-Ħadd 16 ta’ Diċembru. It-tiġrija tal-karozzi Autocross li kellha ssir il-Ħadd li għadda, mistennija ssir fid-9 ta’ Diċembru.
L-ASMK bħalissa tinsab għaddejja biex torganizza d-Demolition Derby li hi skedata għat-23 ta’ Diċembru. Bi preparazzjoni, se ssir laqgħa għal dawk interessati li jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena, b’dawk interessati jrid ikollhom 18-il sena u liċenzja valida tas-sewqan. Il-laqgħa se ssir il-Ħamis 29 ta’ Novembru fit-8.00pm fis-Sala taċ-Ċentru Parrokjali fit-Triq il-Knisja f’Ħad Dingli.
Aktar informazzjoni tinkiseb fis-sit elettroniku www.asmk.org.mt, fil-paġna ta’ facebook Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, tintbagħat email fuq info@asmk.org.mt jew isir kuntatt fuq 99425489.
//= $special ?>