Lokali Parlament

“Pajjiżi li qed jistagħnew bil-flus qed jieħdu daqqa fil-governanza tajba” – esperta f’Universita’ Ġermaniża

Konferenza f'għeluq l-40 sena mit-twaqqif tad-Dipartiment tal-Public Policy

Pajjiżi li qed jistagħnew bil-flus qed jieħdu daqqa fil-governanza tajba. U dan deher aktar wara l-leaks tal-Panama Papers.

Dikjarazzjoni li saret fil-Parlament mill-esperta Rumena Alina Mungiu-Pippidi illi kienet mistiedna f’Malta biex tindirizza konferenza tad-Dipartiment tal-Public Policy biex tfakkar l-40 anniversarju mit-twaqqif ta’ dan id-Dipartiment fl-Univerista’ ta’ Malta – konferenza li iffukat fuq l-isfidi għall-governanza tajba fl-era diġitali.

Waqt il-konferenza li saret fil-bini tal-Parlament il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li din it-tema tal-governanza tajba tibqa’ prijorita’ għall-Oppozizzjoni. Fost l-ohrajn, enfasizza fuq il-fatt li f’pajjizna ghandna jkollna istituzzjonijiet b’saħħithom, li jservu liċ-ċittadini.

Adrian Delia qal illi s-social media qed tintuża biex tifga lil min jikkritika lill-Gvern, fl-era li hija dominata mill-fake news, u fl-era meta min imexxi moħħu biss fin-numri u d-data.

Ikkummenta