Futbol Sport

Real Madrid jiċħdu li Sergio Ramos falla test tad-doping

Real Madrid ċaħdu li Sergio Ramos falla test tad-doping wara l-finali tal-UEFA Champions League tal-2017. Rapport fil-pubblikazzjoni Ġermaniża Der Spiegel li ġie ppubblikat bħala parti mis-serje Football Leaks, qal li Ramos naqas li jiddikjara li kien ħa dexamethasone qabel il-finali ta’ Cardiff li fiha Real Madrid għelbu lil Juventus 4-1.

Iżda, Real Madrid ħarġu stqarrija llum li fiha ċaħdu l-akkużi fi tliet raġunijiet.  Huma qalu li Ramos qatt ma kiser ir-regoli tal-kontroll ta’ kontra d-doping. It-tieni raġuni kienet li l-UEFA talbet l-informazzjoni u segwit il-kwistjoni immedjatament u bħal dak li jiġri f’dawn il-każijiet, ivverifikat mal-WADA u l-AMA. Fit-tielet raġuni saret referenza dwar il-kumplament tal-kontenut  fejn qalu li l-klabb mhux se jitkellem qabel xi tip ta’ evidenza.

Id-Dexamethasone tinsab fuq il-lista sospiża tal-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping u fosthom tista’ żżid il-konċentrazjzoni. Il-WADA ma ċċaħadx plejers li jieħdu d-dexamethasone qabel il-logħob, sakemm jiġi ddikjarat waqt it-test tad-doping.

Der Spiegel jgħid li Ramos u t-tabib ta’ Real Madrid minflok irreġistraw il-betamethasone, glucocorticoid fuq il-lista sospiża tal-WADA. Iżda l-magazine Ġermaniż irrapporta wkoll li l-UEFA kienet sodisfatta li l-iżball kien wieħed amministrattiv u ma ħadet l-ebda azzjoni dixxiplinarja. Il-UEFA ħarġet ukoll stqarrija li ċaħdet li għamlet xi ħaġa ħażina.