Lokali

Se jiġu investigati l-persuni li xerrdu l-filmat

Konfermat li s-suldat li deher fil-filmat ġie imkeċċi

Dan is-sit jista’ jiżvela illi l-Pulizija se tkun qed tinvestiga lin-nies li xerrdu fuq il-media soċjali l-filmat ta’ suldat tal-AFM illi jidher jiżżufjetta b’xatba li tpoġġiet f’Pembroke, u li skont hu ma sservi għal xejn.

Il-każ litteralment sploda fuq il-media soċjali wara li ilbieraħ il-filmat beda jdur fuq gruppi ta’ Whatsapp, imbgħad persuni oħra tefgħuh fuq Facebook.

Skont sorsi li tkellmu ma’ Net News dan is-suldat ġie investigat u mkeċċi mill-AFM.

Intant, dalgħodu suldati dehru fiz-zona jibnu ċint tal-bricks. Dan sabiex jagħlqu l-passaġġ li minnu kienu qed jgħaddu l-karozzi.

Net News għażel li ma jxandarx il-filmat biex jipproteġi l-privatezza tal-individwu