Madwar 230 student minn Skejjel Sekondarji differenti żaru l-attività Space for All, organizzata mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST).
Matul din l-attività, l-istudenti kellhom l-opportunità jitgħallmu aktar dwar il-benefiċċji li ngawdu mis-satelliti li josservaw id-Dinja. Fost l-oħrajn, ipparteċipaw f’workshops, fejn setgħu japprezzaw personalment il-viżwal li s-satelliti jibgħatu minn fuq Malta.
L-attività inkludiet ukoll edizzjoni speċjali ta’ dokumentarju f’format 4K, li tratta r-rwol tal-Istazzjon Spazjali Internazzjonali fl-iżvilupp ta’ materjal li nużaw ta’ kuljum. Juri kif l-affarijiet li nitgħallmu mill-ispazju diġà qed jitgawdew fuq id-Dinja.
L-istudenti li attendew għal Space for All kellhom l-opportunità jiltaqgħu ma’ Riċerkaturi Maltin li jaħdmu f’dan is-settur, kif ukoll esperti mill-Aġenzija Spazjali Ewropea.
//= $special ?>