Fl-aħħar sena, 57 fil-mija tal-Maltin kellhom joħorġu flus minn ġewwa biex iħallsu għal oġġetti essenzjali. 40 fil-mija kellhom jiddejnu bil-credit cards biex jixtru ikel, u jħallsu l-kontijiet.
Dan joħroġ minn studju li ġie ikkummissjonat mill-Gvern matul is-Sajf li għadda, u li juri biċ-ċar kif wieħed minn kull tliet adulti f’pajjiżna ma jwasslux sal-aħħar tax-xahar.
L-istudju sar bejn Ġunju u Settembru, bid-dettalji ppublikati dalgħodu fil-ġurnal Times of Malta. B’kollox saru domandu lil ftit aktar minn elf adult, bl-istudju jkun kordinat mill-Ministeru tal-Familja.
Skont dak li nstab, 32% qalu li kien hemm ċirkustanzi fejn il-paga ma sservix biex tkopri l-għoli tal-ħajja. U agħar minn hekk, aktar minn nofs il-persuni li pparteċipaw qalu li l-paga tagħhom iżżommhom lura milli jagħmlu affarijiet li huma importanti.
Il-konklużjonijiet tal-istudju juru li jeżisti nuqqas kbir ta’ għarfien dwar skemi ta’ pensjonijiet privati, bi 11 fil-mija esprimew tħassib dwar il-mument meta se jaslu biex jirtiraw.
//= $special ?>