Ambjent Internazzjonali

Anke f’Katanja, kriżi tal-iskart separat

Il-ġurnal Taljan L’Informazione qed jirrapporta kif f’Katanja bħalissa hemm kriżi kbira hekk kif l-iskart separat qed jitħallat f’daqqa.

Il-ġurnal jgħid li bħalissa hemm diżastru f’din il-belt Taljana.

F’pajjiżna allarm simili eskala fl-aħħar ġimgħat wara rapporti li diversi kolletturi qed iħalltu l-iskart f’daqqa. Dan ifisser li għalkemm il-familji qed jisseparaw l-iskart fid-djar, dan xorta qed jispiċċa jitħallat.

Rapporti qed jindikaw li azzjonijiet simili ġew innutati anke fil-Magħtab.

Mhux ċar eżatt fejn qed jitpoġġa’ l-iskart organiku li qed jiġi separat fil-boroż il-bojod.