F’post fuq Facebook, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm were t-tħassib tiegħu dwar ir-riżervi baxxi li hemm bħalissa fiċ-centru. Dan wara li kien hemm nuqqas ta’ nies li marru jagħtu d-demm il-Ġimgħa, u li jista jkun li kien effett ta’ Black Friday.
Iċ-Ċentru għamel appell sabiex dawk li huma f’saħħithom u jistgħu imorru jagħtu d-demm, jirrikorrus fiċ-Ċentru biex jagħmlu l-għotja tagħhom. Dan sabiex ikun assigurat li pazjenti li jkollhom bżonn trasfużjoni isibu biżżejjed demm sabiex isirlhom l-intervent neċessarju.
Dawk kollha li jixtiequ jagħtu d-demm jistgħu jirrikorru fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa kuljum mit-8:00am sas-6:00pm, jew nhar il-Ħadd 25 ta’ Novembru bejn it-8.30am u s-6.00pm fil-binja annessa mal-Knisja Parrokkjali tal-Qawra jew fil-Berġa tas-Xewkija Għawdex.
Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.
//= $special ?>