Se ssir ċelebrazzjoni għall-festa liturġika ta’ Kristu Re fi tmiem din il-ġimgħa.
Il-festa se tibda b’ċelebrazzjoni għada għall-ħabta tal-5 ta’ filgħaxija b’mixja ta’ fidi immexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Din se tibda minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re fil-Furjana u tispiċċa ħdejn il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fl-aħħar titkanta t-talba tal-Għasar.
Waqt l-Għasar, l-Arċisqof se jkun qed jagħmel riflessjoni f’din il-festa filwaqt li fl-aħħar jgħati l-Barka Sagramentali.
//= $special ?>