Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalist bħalissa qed ikomplu d-diskorsi minn diversi persuni waqt il-Kunsill Ġenerali għar-raba’ sessjoni plenarja.
It-tema għal din is-sena hija ‘Ġid għal kulħadd f’soċjetà li jimpurtaha’.
Matthew Camilleri qal li jemmen li nistgħu nkunu l-aqwa fl-Ewropa ida jaf li għandna ħafna fejn nirranġaw. Hu tkellem f’isem iż-żgħażagħ billi qal li huma jdejquhom il-gideb. Staqsa x’inhu l-għan li jkun hemm trasport b’xejn iżda dan huwa ineffiċjenti? Matthew Camilleri għalaq id-diskors tiegħu billi ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jaħsbu u jagħtu sehem biex jagħmlu differenza, filwaqt li żied jgħid lill-membri tal-partit sabiex ma jabbandunawx iż-żgħażagħ li huma l-futur ta’ Malta u Għawdex.
Edward Torpiano saħaq rigward in-nuqqasijiet tal-Partit Laburista.
Sean Gauci tkellem fuq is-sagrifiċċju li għamel Dr Adrian Delia sabiex daħal fix-xena politika. Kompla jitkellem sabiex minflok infittxu id-differenzi bejn xulxin, niġbdu ħabel wieħed flimkien u għandna nimxu. Qal li l-Partit Nazzjonalista ma spiċċax, iżda huwa l-Partit Laburista li tilef ruħu. It-triq mhux qasira u lanqas faċli għall-Partit Nazzjonalista iżda jemmen li flimkien kapaċi naslu.
John Baptist Camilleri qal li lest ixammar il-kmiem, jaħdem u jkun viċin in-nies mhux biss fi żmien l-elezzjoni iżda matul is-sena kollha. Is-sigriet tal-kunsilli Lokali huwa li l-kunsilliera jaħdmu flimkien għall-ġid tal-lokalita’. Appella sabiex is-sindki għandhom jagħtu ċans lill-kunsilliera sabiex jaħdmu u jsemmgħu leħinhom. Qal li r-roadmap tal-Partit Nazzjonalista huma iż-żghażagh għaliex huma ċ-ċavetta sabiex il-partit jimxi ‘l quddiem.
Justine Palmier qalet li l-Partit Nazzjonalista dejjem kellu il-bibien miftuħa għaż-żgħażagħ u dejjem ħadem favurihom, kontra dak li qed jagħmel dan il-gvern. Il-Partit Nazzjonalista qed jagħti l-opportunitajiet liż-żgħażagħ kemm f’xogħolijiet u anke sabiex isemmgħu leħinnhom. Tkelmet rigward il-lokalita’ tagħha, il-Floriana, fejn qalet li trid lokalita żgħażugħa u wegħdet li ser taħdem bl-enerġija kollha tagħha sabiex tara lir-residenti kollha komdi u sigura.
Joseph Magri qal li kien il-Partit Nazzjonalista li dejjem mexxa’ ‘l quddiem liż-żgħażagħ. Tkellem rigward il-kors future leaders fejn spjega li dan il-kors qed jagħti opportunita’ liż-żgħażagħ jiltaqgħu ma’ ex-kapijiet u jifhmu iktar x’toffri il-politika. Għalaq id-diskors billi rringrazzja lill-Kap Adrian Delia li dejjem qiegħed ikun qrib iż-żgħażaġħ sabiex flimkien ikollna soċjeta’ li jimpurtaha.
Emanuel Zammit tkellem rigward kif dejjem ħares lejn il-politika bħala servizz. Qal li l-priorita’ tiegħu hija li jtejjeb il-ħajja ta’ kull resident fl-iklin, fejn huwa ser ikun qed jikkontesta għall-elezzjoni tal-kunsilli Lokali. Kompla billi qal li ser ikompli jħabbat bieb bieb sabiex iwassal messaġġ konkret li soċjeta li jimpurtaha għandu jkollha. Huwa għalaq billi ħeġġeġ sabiex ma ngħarfu id-dritt tal-vot kemm fl-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u anke oħrajn.
Christopher Borg kandidat għall-Kunsilli Lokali fl-Imsida, tkellem li hemm distinzjoni bejn il-Partit Nazzonalista u l-Gvern. Il-Partit Nazzjonalista negħda il-kunsilli lokali filwaqt li l-Partit Laburista qiegħed ineħħi l-poteri minn ħalq il-kunsilli. Huwa tkellem li huwa importanti li fl-elezzjoni li jmiss hu importanti biex inġibu l-maġġoranza sabiex inkunu nistgħu nerġgħu nagħtu lill-Kunsilli Lokali dak li jistħoqqilhom.
Nicole Zammit tibgħat messaġġ liż-żġħażaġħ sabiex jersqu aktar lejn il-Partit Nazzjonalista. Tkelmet fuq l-importanza li ngħelbu problemi bħall-faqar u wkoll żgħażagħ li jieqfu jistudjaw qabel iż-żmien. Għalqet billi qalet li għandna naħdmu lkoll flimkien sabiex inkunu l-għodda tal-bidla.
David Battistino qal li d-dokument li ħareġ il-Partit Nazzjonalista jixhed kemm verament il-Partit qiegħed jagħti kas ta’ dak li verament għandhom bżonn in-nies. Ħadd m’huwa insinifikanti iżda kulħadd għandu parti importanti fil-Partit. Għalaq billi qal li għandu jkun hemm struttura sabiex naraw li kollox qiegħed iseħħ kif suppost għax Malta qed issejħilna sabiex noħorġuha mis-sqaq mudlam li tinsab fih.
Jerome Caruana Cilia irringrazzja lill Kap Adrian Delia ta’ kemm iddefenda l-attakki minn partitarji u membri laburisti. Qal li dejjem infesizza li dejjem nisimgħu lin-nies li minnhom dejjem tgħallem affarijiet u fehem aħjar x’verament qed iġarrbu il-Maltin u Għawdxin. Ikkonkluda billi qal li l-Gvern falla fejn jidħlu il-ħaddiema, ħaddiema li mhux qed ilaħħqu mal-ħajja avolja jaħdmu ġranet sħaħ. Fakkar ukoll li kulħadd għandu jagħti l-parti tiegħu u wiegħed li ser ikun qed jaħdem mal-Kap Adrian Delia sabiex inkunu partit favur il-ħaddiema.
Doris Borg qalet li bosta setturi qed imorru lura frott in-nuqqas ta’ pjan li kellu u għad għandu l-Gvern. Il-Gvern qiegħed ifalli milli jilħaq il-miri tiegħu. Hija tkelmet fuq l-edukazzjoni fejn qalet li mhux talli ma ssolvitx il-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema iżda talli l-ammont ta’ studenti li jkomplu korsijiet sabiex ikomplu fuq din il-karriera, dejjem qed jonqos. Gvern Nazzjonalista joffri opportunitajiet u sigurta’ liż-żgħażagħ. Irringrazzjat lill-Kap Adrian Delia li qed jaħdem sabiex iġib mill-ġdid dak kollu li tlifna f’dan is-settur.
Mark Spiteri Lucas kandidat għall-Kunsill Lokali għall-Belt Valletta, tkellem fuq it-80 proposta li ħareġ bihom il-Partit Nazzjonalista, fejn ura biċ-ċar kemm verament jimpurtah mill-Kunsilli Lokali. Huwa qal li l-ewwel priorita’ hija li tiżdied il-komunikazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u r-residenti tal-lokalita’. Huwa għalaq billi qal li lest jagħti sehmu sabiex inkomplu nsebbħu lill-Belt Valletta għaliex vera jixraqilha.
Alex Mangion tkellem fuq kemm il-Gvern qed iwarrab lill-Kunsilli Lokali għaliex kemm il-darba il-Gvern ma jitkellimx mal-Kunsilli Lokali rigward deċizjonijiet u tibdiliet li jkunu ser isiru. Huwa qal li jixtieq ikompli l-mixja tiegħu sabiex il-Kunsilli Lokali jerġgħu jieħdu dak li verament ħaqqhom u għalhekk ser ikun qed jerġa’ jikkontesta għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Anna Calleja spjegat dwar dak kollu li tat sehem fih fejn jidħol il-Partit Nazzjonalista. Għalqet billi qalet li minħabba li temmen fil-Partit Nazzjonalista u f’dak li lest li jagħmel, ser tkun qed terġa’ tikkontesta għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Maria Sultana tkelmet kif permezz tal-Kunsill Lokali hija saret taf aktar dwar x’weġgħat ikunu għaddejin minnhom in-nies, weġgħat li qas kienet timmagina li jeżistu. Qalet li avolja nkunu fil-minoranza, xorta waħda għandna naħdmu u nirsistu sabiex noħorġu lin-nies biex jivvutaw. Għalqet billi qalet li l-Gvern għax ma jimpurtahx mill-poplu abbanduna l-ambjent u ħafna affarijiet oħra li ġabu konsegwenzi xejn sbieħ fuq pajjiżna.
Andre Muscat, kandidat ġdid tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar, tkellem kif minn dejjem ta il-kontribut tiegħu lejn il-Partit Nazzjonalista. Huwa qal li wasal iż-żmien biex nibdew niġġieldu il-korruzjoni fejn jidħol l-isports u wkoll ninvestu f’villaġġi sportivi. Kompla billi qal li hija ħassra li l-gvern mhux qed jemmen fil-Kunsilli Lokali u dan narawh minħabba li il-poteri tal-Kunsilli Lokali dejjem qed jitnaqqru. Għalaq billi l-Kunsill Lokali għandu jkun id f’id mal-Partit Nazzjonalista. Avolja it-triq twila iżda sostna dwar l-importanza li ningħaqdu mal-Kap sabiex nsarrfu l-ħidma.
Joanna Abdilla qalet li rigward in-nuqqasijiet li għandhom il-Kunsilli Lokali. Il-ħidma fil-Kunsilli Lokali għandha tkompli lil hinn mit-tindif tat-toroq. Qalet li tixtieq li l-irkejjen jitkellmu u li kulħadd għandu jinstema f’dak li għandu xi jgħid. Għalqet billi fakkret il-memorja ta’ Pietru Pawl Busuttil li kien hemm minn mindu ġew imniehda l-Kunsilli Lokali.
Chris Deguara, kandidat ġdid għall-Kunsilli Lokali fin-Naxxar, tkellem fuq il-bidliet li għandhom jgħarfu u jagħtu kas l-politiċi.Jeħtieg li l-politiċi jaħdmu u jiġbdu ħabel wieħed sabiex jaħdem u jħares ‘l quddiem. Tenna li għandna naħsbu qabel ma nieħdu xi deċiżjonijiet minħabba li jaf ikun hemm xi konsegwenzi. Għalaq billi qal li inutli nħarsu lejn il-passat, għandna ċ-ċavetta tal-futur f’idejna u għalhekk flimkien nistgħu niktbu l-istorja.
Maryanne Cuomo tkelmet fuq ir-riforma li poġġa l-Gvern iżda li huma ftit dawk li jemmnu fiha. Għall-Partit Nazzjonalista tfisser li kull żona fil-gżejjer Maltin tingħata l-importanza u li ħadd ma jibqa’ lura. Tkelmet rigward kemm il-Partit Nazzjonalista jemmen f’Kumitati Amministrattivi. Għalqet billi fakkret li m’għandna nħallu l-ħadd jittermina dak li ilna naħdmu għalih.
Ivan Bartolo tkellem dwar in-nuqqas ta’ proġetti ġewwa ir-Raħal Ġdid. Kompla billi semma il-kwistjoni tas-suq tar-Rahal Gdid, fejn is-Sindku preżenti ma kkonsidrax dak kollu li qalulu il-kunsilliera iżda għamel dak li ħaseb li għandu jagħmel. Huwa kompla jitkellem kif iż-żgħir qed ikompli jgħereq għaliex qed jiżdied aktar il-faqar. Għalaq id-diskors tiegħu billi tkellem kif għandna ningħaqdu flimkien mal-Kap sabiex nagħmlu dak kollu li hu meħtieġ għal Malta tagħna.
Pierre Sciberras qal li l-Gvern qed iċaħħad lill-Kunsilli Lokali minn kollox iżda ninsabu wisq aljenati. Tkellem kif għad jasal iż-żmien fejn il-Kunsilli Lokali ma jibqgħu jfissru xejn u nkunu tlifna dak kollu li ħadem għalih Gvern Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista huwa l-unika istituzzjoni li għad baqa’ sabiex jiddefendi lill-Kunsilli Lokali. Għalaq billi qal li ser ikun parti minn din l-istituzzjoni sabiex ikollna socjeta’ li jimpurtaha.
Louise Tedesco tkelmet dwar il-ġid li għamel il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern, u hija dik ir-raġuni għala hi qed taħdem b’dedikazzjoni kbira lejn il-partit. Hija għamlet appell sabiex kull min jixtieq jeqred lill-ħażen sabiex jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista sabiex flimkien niġġieldu il-korruzjoni li qed isseħħ bħalissa. Ikkonkludiet billi qalet li mill-binja tal-Partit Nazzjonalista għad terġa tinstema l-għajta li tagħmilna kburin li aħna Maltin.
Luke Vella tkellem fuq il-programm Future leaders fejn permezz tiegħu qed ngħinu liż-żgħażaġħ jifhmu aħjar x’inhi u x’toffri l-politika. Tkellem fuq il-lokalita’ ta’ Birkirkara fejn qal li l-Karkariżi jixirqilhom ferm aħjar milli qed jingħataw. Kompla billi qal li l-Gvern qed jinjora lill-Kunsilli Lokali u huwa konvint li kulħadd jixtieq li l-Kunsilli Lokali ma jibqgħux jiġu minsija. Għalaq billi qal li l-Partit Nazzjonalista ser jagħmel minn kollox biex il-ġid ikun jista’ jitgawda minn kulħadd.
Charles Selvaggi tkellem fuq id-dokument li preżenta il-Partit Nazzjonalista fejn għal kontra ta’ dak li qed jagħmel il-Gvern, huwa programm bi pjan. Għalaq billi qal li għandna naħdmu bilgħaqal sabiex nwasslu l-messaġġ li qed jibgħat il-Partit Nazzjonalista sabiex nerġgħu nkunu kburin b’Malta.
David Vassallo appella sabiex flimkien taħt it-tmexxija tal-Kap Adrian Delia, kemm jekk f’maġġoranza u kemm jekk f’minoranza, nibqgħu nagħmlu d-differenza fil-Kunsilli Lokali.
Francine Farrugia qalet kemm id-demokrazija kienet dejjem importanti f’pajjiżna. Tkelmet fuq iż-żgħażagħ, fejn qalet kemm huma pedament sod fil-partit u f’kemm il-Partit Nazzjonalista jemmen fihom. Semmiet ukoll il-grupp Future leaders fejn permezz ta’ din l-inizjattiva qed jiġi muri kif għandhom jagħtu s-sehem tagħhom iż-żgħażagħ. L-appell konklussiv tagħha kien sabiex ma nħallu lil ħadd jgħidilna diskors li jinstema sabiħ għal widnejna iżda li ma jkunx vera.
Paul Radmilli qal li soċjeta’ li timpurtaha tindirizza l-problemi tal-ħajja ta’ kuljum li jaffaċjaw in-nies. Tkellem ukoll fuq il-Kunsilli Lokali, fejn qal li waqt l-laqgħat qed jiġu biss indirizzati ċertu riformi, b’ħafna oħrajn jiġu minsija. Għalaq billi appella lil kulħadd sabiex jafdaw lill-Partit Nazzjonalista għaliex huwa preparat għas-soluzzjonijiet ta’ dawk il-problemi li qed jolqtu ħafna residenti.
Graziella Galea tkelmet dwar kemm hi diffiċli għaż-żgħażagħ li jagħtu ħinhom għall-politika. Fid-dinja tal-lum l-importanti li tibni politika fuq pedamenti soda u mhux li ġġib il-vot. Qalet li l-leata f’San Pawl il-Baħar qed tibqa’ tirbaħ għaliex il-Partit Nazzjonalista għadu fil-maġġoranza u ser ikompli jaħdem biex nibqgħu hemm. Għalqet billi qalet li rridu naħdmu sabiex nassiguraw li dawk li għazlu l-ħajja fil-politika, ikun verament jimpurtahom.
Anne Marie Muscat Fenech Adami qalet li dan il-Gvern qiegħed jara illum biss u mhux joffri alternattivi għall-futur. Stqarret kif ċertu nies qed jaħsbu biss fihom biss u qed jagħmlu ħsara kbira kemm lill-partit u anke lil Malta. Iżda lil hinn minn dan, tkelmet li jekk ninsew id-differenzi u ma naħsbux fina biss, naslu. Għalqet billi qalet li tassigura lealta’ kemm lejn il-Partit Nazzjonalista u wkoll Lej il-Kap Adrian Delia.
Emvin Bartolo qal li x-xogħol fil-kunsill huwa wieħed impenjattiv ħafna iżda fl-istess waqt dan qed jonqos minħabba li qed jiġu mnaqqra il-valuri u l-poteri tal-Kunsill Lokali. Qal li biex nuru li ahna Soċjeta li jimpurtaha, għandna nibdew nagħtu kas li l-ġid jitqassam bejn kulħadd u mhux fejn jaqbel biss. Huwa għalaq billi għandna ħafna li qed ikollhom sabiex jgħixu ħajja ta’ allat u oħrajn ftit wisq biex jgħixu ħajja ta’ annimali.
Toni Bezzina tkellem fuq il-problema tat-traffiku, fejn in-nies qed jonfqu ħafna aktar flus fi fjuwil minħabba t-traffiku u li sfortunatament is-servizz tat-trasport pubbliku mhux qed jgħin. Kompla billi qal li il-Partit Nazzjonalista dejjem ra biex iġedded u jtejjeb il-politika tiegħu. L-għan jintlaħaq biss jekk noffru ġid għal kulħadd, f’Soċjeta li jimpurtaha.
Claudette Buttigieg tkelmet fuq l-importanza tal-valuri. Dawn jiddistingwuna mill-annimali u wkoll mir-robots, izda l-Gvern ma jridx li nibgħatu messaġġ fuq il-valuri għaliex hu ma jimpurtahx. Ghalqet billi qalet li l-Gvern jara kollox numru għaliex jara kollox flus u qed jgħalaq ghajnejh lejn id-dnubiet iż-żgħar sabiex ħaddieħor jagħlaq għajnejh lejn id-dnubiet il-kbar.
Mario de Marco qal li l-kriminalita’ li qed issir minn naħa tal-Gvern, qed insiru nafu biha b’kumbinazzjoni. Id-dinja qed titkellem fuq kif Malta għandna Prim Ministru li jaċċetta li jaħdem ma persuni li huma mdaħħla f’din il-kriminalita’ meta kien il-Prim ministru stess li qal li ser jiġġieled il-korruzzjoni. Huwa stqarr li m’hawnx vuċi waħda li qed titkellem u tgħajjat aktar mill-Gvern sabiex inwaqqfu il-korruzzjoni. Mhux kulħadd lest li jgħalaq għajnejh għal dawn l-affarijiet sempliċiment għax ir-rota qed tkompli iddur u huwa għalhekk li ma nistgħux ninqasmu bejnietna. Għalaq billi appella lin-nies li tbegħdu mill-partit sabiex jerġgħu lura ħalli flimkien nuru li mux lesti nħallu lil pajjiżna jgħereq fil-korruzzjoni.
Charles Bonello qal li din hija l-agħar sena tal-Kunsilli Lokali. Hemm ħtieġa sabiex issir riforma biex jibqgħu ħajjin il-Kunsilli Lokali. Mit-80 proposta li ħareg il-Partit Nazzjonalista, il-Gvern ħa biss 3. Il-Gvern ser jerġa’ jieħu lura is-swieq miftuħin minn ħalq il-Kunsilli Lokali. Tkellem kif bħala partit, kien hawn konkorrenza tajba ta’ kandidati żgħażagħ li għandhom grinta li jaħdmu u li ma jaqtgħu qalbhom qatt. Qal ukoll li rridu niġġieldu sabiex il-Kunsilli Lokali jibqgħu hemm minkejja id-diffikultajiet kollha u wkoll għandna nwasslu l-messaġġ sabiex in-nies joħorgu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Għalaq billi qal li l-iskop li tkun kandidat huwa li tkun ta’ servizz għall-pajjiż u mhux li tistenna li tieħu l-affarijiet lura.
//= $special ?>