Lokali Mużika

Għada l-Junior Eurovision Song Contest

Tista' tidħol tolivvota għad-diska ta' Ela issa

Ela Mangion għada se tkun qed tirrappreżenta l-pajjiżna fil-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Marchin’ On.

It-tfajla li għandha 12-il sena u li pparteċipat f’numru ta’ konkorsi barra minn Malta, qegħda f’Minsk fil-Belarusja u għada l-Ħadd se tkun qed tkanta fid-19 il-pożijzzjoni jiġifieri l-kanzunetta ta’ qabel tal-aħħar.  Il-poplu Malti se jkun jista jivvota għall-kanzunetta tagħha permezz ta’ Online Voting li hu diġa miftuħ.

Ela bdiet turi l-interess tagħha fil-mużika minn ta’ età żgħira ħafna u dan l-aħħar bdiet tesperimenta b’diski oriġinali tagħha.

Il-kanzunetta Marchin’ On għandha kliema ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Cyprian Cassar.

Tistgħu tidħlu tivvutaw għal Ela fuq https://vote.junioreurovision.tv/