Meta tinkiser il-liġi fil-korruzzjoni qed ikun hemm serq mill-flus tal-Maltin u Għawdxin. Iżda minbarra dan, anki d-daqqa fir-reputazzjoni ta’ Malta qed ibatu n-nies.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fl-introduzzjoni tiegħu tal-laqgħa distrettwali għar-reġjun ta’ Għawdex fis-Sub Headquarters tal-PN fis-Sannat bħala parti mill-Kunsill Ġenerali tal-PN.
Adrian Delia qal li qatt daqs dawn l-aħħar għaxart ijiem ma’ rajna l-Prim Ministru u l-Ministri jaħarb, jitfixklu u ma’ jgħidux il-verita’, u issa lil Joseph Muscat ħadd m’hu jemmnu.
Hu fakkar li għal darba wara l-oħra, Muscat ma laqax l-istedina sabiex isir dibattitu.
Adrian Delia kompla li għal darb’oħra, Joseph Muscat mhux qed jgħid il-verita’. Filwaqt li inkjesta tista’ tibda fuq kumpanija iżda din twassal għal min huma s-sidien ta’ kumpanija, id-diretturi tagħha u min hu nvolut f’negozji illegali. U Joseph Muscat jibqa’ jinsisti li biex isalva tnejn min-nies, ibati kulħadd.
Il-Kap tal-PN kompla li l-Gvern tant hu moħħu fil-problemi li ħoloq hu stess.li problemi li qed jiffaċċjaw l-Għawdxin b’mod partikolari, spiċċaw imwarrba. Hu rrefera għat-tielet bastiment tal-Gozo Channel li tant hemm bżonnu u li ntesa għal kollox mill-Gvern.
Dwar il-qasam tas-Saħħa, Adrian Delia fakkar kif il-Gvern, permezz ta’ Konrad Mizzi, qabad u ta l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex lil kumpanija li ħadd ma jaf ta’ min hi u li qatt ma’ kellha x’taqsam mas-saħħa.
Sadanittant, sar magħruf li s-suċċessur ta’ Konrad Mizzi, Chris Fearne, qed jipprova jinnegozja mill-ġdid ma’ Steward. Adrian Delia qal li l-ewwel il-Gvern qabad u ta l-Isptarijiet lil Vitals u imbagħad ħalliehom jgħadduhom lil Steward. Min-naħa l-oħra, Adrian Delia qed jiġġieled il-każ fil-Qorti sabiex l-isptarijiet jingħataw lura lill-poplu.
Il-Kap tal-PN qal li l-Gvern Għawdex warrbu għal kollox u m’hemm ebda proġett ta’ fejda. Hu temm li fejn jonqos il-Gvern, se jkun hemm il-Partit Nazzjonalista li se jkun proposittiv u jwiegħed li jisma’ min-nies u jwettaq l-aspirazzjonijiet tagħhom.
//= $special ?>