Lokali

Jitħabbar ir-rebbieħ tal-Lotterija Indipendenza 2018

Jirbaħ karozza Mini b'valur ta' €23,5000

Huwa Charles Vella r-rebbieħ tal-premju l-kbir tal-lotterija Indipendenza 2018 u s-sid il-ġdid ta’ karozza Mini b’valur ta’ €23,500,  mingħand Muscat Motors.

Il-biljett ta’ Vella  kien l-ewwel wieħed li ttella s-Sibt filgħaxija meta saret l-estrazzjoni tal-aħħar erba’ biljetti li huma r-rebbieħa ta’ l-akbar erba’ premjijiet f’din il-lotterija.

Minbarra Charles Vella li rebaħ il-premju l-kbir, il-biljett ta’  sinjur jew sinjura Cannataci rebaħ it-tieni premju li jikkonsisti f’voucher għall-ivvjaġġar mill-Eurotours b’valuir ta’ €2,500.  Is-sur Gaffiero u is-sur Debattista kienu r-rebbieħa tat-tielet u r-raba’ premju rispettivament u ħadu vouchers mingħand il Eurotours b’valur ta’ €1,500 u €500.

F’kummentli ta’ is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli qabel ittelgħu il-biljetti rebbieħa, qal li l-lotterija hija mezz wieħed kif il-partit nazzjonalista jiġbor il-fondi biex isir xogħol importanti bħal dak li sar bit-tħejjija tgħal kunsill ġenerali i għaddej din il-ġimgħa,

David Camillier, tezorier tal-partit irringrazzja lil kull min ipparteiċipa fil-lotterija, lill-isponsors u lil kull min ta’ kontribut f’din il-lotterija.  Hu fakkar ukoll fil-maratona ġbir ta’ fondi li se ssir fl-ewwel gimgħa ta’ Diċembru.