Lokali

Ta’ Dr Klown iżuru d-Dar tal-Providenza

Briju, ferħ u kuntentizza. Dan u aktar emozzjonijiet f’sala waħda – kollha maħluqa minn diversi voluntiera ta’ Dr Klown.

Fuq wiċċ kull resident tad-Dar tal-Providenza, wieħed seta’ jinnota t-tiċrita fuq wiċċhom u li ma taqta’ xejn.

NET News tkellem ma’ Dr Pitu, li flimkien ma’ Pizu u diversi voluntiera oħra kienu preżenti biex iferrħu lir-residenti. Id-Direttur tal-għaqda Dr Klown, Maurice Sleypen, spjega l-ħidma ta’ Dr Klown f’Malta.

Min-naħa l-oħra, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef apprezza l-ġest ta’ Dr Klown, li b’enerġija sħiħa ferrħet lil dawn ir-residenti.