Gowl ta’ Pierre-Emerick Aubameyang f’nofs it-tieni taqsima ta rebħa importanti lil Arsenal kontra Bournemouth fil-Vitality Stadium. B’hekk huma jinsabu punt taħt Chelsea li jinsabu fir-raba’ post, filwaqt li taw it-tieni telfa konsekuttiva lil Bournemouth.
Awto-gowl sfortunat ta’ Jefferson Lerma poġġa lil Arsenal minn fuq wara nofs siegħa logħob. Bournemouth ġabu d-draw eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima b’xutt preċiż għar-rokna ta’ Joshua King.
Kien fis-67 minuta li l-Gunners skorjaw il-gowl tar-rebħa meta Sead Kolasinac krossja mix-xellug lejn Pierre-Emerick Aubameyang li mattar siequ biex skorja mill-viċin.
Doppjetta ta’ Aaron Mooy tat ir-raba’ rebħa tal-kampjonat lil Brighton li għelbu lil Wolves barra minn darhom. L-Awstraljan fetaħ l-iskor wara sitt minuti b’xutt fil-baxx min-nofs tond ftit bogħod mill-kaxxa l-kbira. Hu rdoppja l-vantaġġ fl-74 minuta bi free-kick fil-baxx.
//= $special ?>