Numru ta’ plejers spiċċaw midruba wara li l-kowċ li kien abbord fuqha spiċċat attakkata minn diversi sostenituri tar-River Plate fi tħejjija għat-tieni leg tal-finali tal-Copa Libertadores.
Fost il-plejers midruba hemm ukoll l-ex Juventus u Manchester United Carlos Tevez, hekk kif il-plejers spiċċaw sofrew għadd ta’ qtugħ mill-ħġieġ, kif ukoll storduti u mdardra kawża tal-effetti tal-gass tad-dmugħ.
Jidher li l-attakk seħħ hekk kif il-kowċ tal-Boca Juniors għamlet il-wasla tagħha fil-ground tar-River Plate, ġewwa Buenos Aires.
Current scenes in the Boca dressing room. pic.twitter.com/3uGNyW6Xuo
— Mootaz Chehade (@MHChehade) November 24, 2018
Għadd ta’ uffiċjali tal-Pulizija ġew msejħa fuq il-post fejn fost oħrajn waddbu l-gass tad-dmugħ sabiex firxu l-massa ta’ nies li nġabru barra l-ground.
Huwa rrapportat li l-plejers Pablo Perez u Gonzalo Lamardo ttieħdu b’urġenza l-isptar għal aktar kura, hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li Perez spiċċa sofra grieħi serji f’għajnu. Dan filwaqt li x-xufier intilef minn sensieh wara li dabbar daqqa ta’ ġebla f’rasu.
More footage of River Plate fans throwing rocks and pepper spray at the Boca bus. pic.twitter.com/eRy7ByCfAv
— Mootaz Chehade (@MHChehade) November 24, 2018
Il-partita kienet mistennija tibda s-Sibt filgħaxija madanakollu ġiet posposta b’24 siegħa.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Boca, Christian Gribaudo insista li l-maġġoranza tal-plejers jinsabu midruba u taħt xokk qawwi u għaldaqstant ma jistgħux jilgħabu f’dawn il-kundizzjonijiet.
L-ex plejer ta’ Fiorentina u Roma, Gabriel Batistuta insista li dawn l-atti huma tal-mistħija u hija opportunità mitlufa għall-Arġentina, b’għajnejn id-dinja tosserva x’inhu jiġri.
//= $special ?>Boca Juniors team bus from inside, shows the huge damage that took place. pic.twitter.com/6q5Qq6VAgx
— Mootaz Chehade (@MHChehade) November 24, 2018


