Formula 1 Sport

Hamilton jagħlaq l-istaġun b’rebħa komda f’Abu Dhabi

(Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton temm il-kampjonat ta’ din is-sena bl-aqwa mod possibbli meta kiseb il-11-il rebħa tal-istaġun fl-aħħar Grand Prix ta’ Abu Dhabi, bi prestazzjoni perfetta. Hamilton ibbenefika minn bidla kmieni tat-tyres għal supersoft taħt il-Virtual Safety Car wara li Kimi Raikkonen kien sfurzat li jirtira fis-seba’ dawra fl-aħħar tiġrija għal Ferrari.

Sebastian Vettel ikkuntenta bit-tieni post wara li qabeż lil Valtteri Bottas f’nofs it-tiġrija, bil-koppja tar-Red Bull magħmula minn Max Verstappen u Daniel Ricciardo jagħmlu l-istess. Verstappen kiseb il-post l-ieħor fuq il-podju u ċaħħad lil Ricciardo minn podju fil-100 tiġrija u l-aħħar waħda qabel jingħaqad ma’ Renault.

Bottas temm fil-ħames post, b’Carlos Sainz itemm fis-sitt post fl-aħħar tiġrija għal Renault qabel jingħaqad ma’ McLaren, b’Renault jispiċċaw fir-raba’ post fil-klassifika tal-kostrutturi. Sieħbu Nico Hulkenberg kellu destin aktar differenti bi dwell ma’ Romain Grosjean fl-ewwel dawra li wassal biex spiċċa fil-barriera minkejja li fortunatament ma sofra l-ebda konsegwenzi koroh.

Charles Leclerc temm fis-seba’ post fl-aħħar ħarġa tiegħu ma’ Sauber qabel jingħaqad ma’ Ferrari. Hu spiċċa qabel Sergio Perez ta’ Force India, Romain Grosjean ta’ Haas u Kevin Magnussen temm fl-aħħar post, biex daħal qabel Fernando Alonso u ċaħħdu milli jikseb xi punt fl-aħħar tiġrija qabel jirtira mill-Formula 1 fit-311-il tiġrija.

Daniel Ricciardo kien fuq quddiem fit-23 dawra, bl-Awstraljan jagħżel li juża t-tyres ultrasoft filwaqt li sieħbu Verstappen daħal fil-pits u bidel it-tyres għal supersoft fit-18-il dawra biex ħareġ fil-ħames post wara Hamilton, Bottas, Vettel u Ricciardo.

Ricciardo kellu jidħol fl-34 dawra li ma kienx biżżejjed biex juża l-hypersoft u minflok kellu juża s-supersoft. Hu ħareġ fil-ħames post tmien sekondi wara Verstappen. Vettel irnexxielu jaqbeż lil Bottas, bil-Finlandiż jagħmel żball ieħor fit-38 dawra biex Verstappen qabżu b’mod brillanti u riskuż fit-12-il dawra. Ricciardo għamel l-istess dawra. Hamilton sadanittant kien qiegħed komdu fuq quddiem, liema vantaġġ ikkontrollah biex qasam il-linja finali u kiseb il-11-il rebħa tal-istaġun.

Statistika

· Hamilton sar l-ewwel sewwieq li jaqbeż l-400 punt fi staġun wieħed kif ukoll l-ewwel sewwieq li qabeż it-3,000 punt.

· Il-ħames podju konsekuttiv ta’ Max Verstappen hi l-aħjar sensiela tiegħu fil-karriera.

· Daniel Ricciardo sar l-ewwel sewwieq minn Jochen Rindt fl-1970 li rebaħ darbtejn fi staġun mingħajr ma spiċċa fuq il-podju darba oħra.

· B’seba’ okkażjonijiet li fihom spiċċa fit-tieni post, Bottas waqqaf rekord bħala l-aktar sewwieq li spiċċa t-tieni fi staġun mingħajr ma rebaħ.

Kif Spiċċaw: 1. Lewis Hamilton 1:39:40.382, 2. Sebastian Vettel (+2.581s), 3. Max Verstappen (+12.706s), 4. Daniel Ricciardo (+15.379s), 5. Valtteri Bottas (+47.957s) , 6. Carlos Sainz (+72.548s) , 7. Charles Leclerc (+90.789s), 8. Sergio Perez (+91.275s), 9. Romain Grosjean (+dawra), 10.Kevin Magnussen (+dawra), 11.Fernando Alonso (+dawra), 12.Brendon Hartley (+dawra), 13.Lance Stroll (+dawra), 14.Stoffel Vandoorne (+dawra), 15.Sergey Sirotkin (+dawra) Ma kklassifikawx: Pierre Gasly, Esteban Ocon, Marcus Ericsson, Kimi Raikkonen, Nico Hulkenberg

Klassifika tas-Sewwieqa: 1. Lewis Hamilton 408 punti, 2. Sebastian Vettel 320 punt, 3. Kimi Räikkönen 251 punt, 4. Max Verstappen 249 punt, 5. Valtteri Bottas 247 punt, 6. Daniel Ricciardo 170 punt, 7. Nico Hulkenberg 69 punt, 8. Sergio Perez 62 punt, 9. Kevin Magnussen 56 punt, 10. Carlos Sainz 53 punt, 11. Fernando Alonso 50 punt, 12. Esteban Ocon 49 punt, 13. Charles Leclerc 39 punt, 14. Romain Grosjean 37 punt, 15. Pierre Gasly 29 punt, 16. Stoffel Vandoorne 12-il punt, 17. Marcus Ericsson 9 punti, 18. Lance Stroll 6 punti, 19. Brendon Hartley 4 punti, 20. Sergey Sirotkin punt

Klassifika tal-Kostrutturi: 1. Mercedes 655 punt, 2. Ferrari 571 punt, 3. Red Bull 419-il punt, 4. Renault 122 punt, 5. Haas 93 punt, 6. McLaren 62 punt, 7. Force India 52 punt, 8. Sauber 48 punt, 9. Toro Rosso 33 punt, 10. Williams 7 punti