Il-President Ukren, Petro Poroshenko, sejjaħ sessjoni urġenti tal-kabinet tiegħu tal-gwerra u tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda wara ġurnata ta’ tensjonijiet ‘il barra mill-kosta tal-Krimea.
Skont l-Ukrajna, bastimenti tagħha fil-Baħar Ażov kienu fil-mira tar-Russja hekk kif il-Forzi Speċjali Russi fetħu n-nar fuqhom u ħatfu 3 bastimenti.
In-nejvi Ukrena qalet li tal-anqas 2 baħħara minn tagħha ġew feruti wara li 2 dgħajjes tal-artillerija ntlaqtu mill-“att ta’ aggressjoni” Russa.
Kelliema għall-Ministeru Ukren għall-Affarijiet Barranin qalet li l-avvenimenti perikolużi tal-lum fil-Baħar Ażov juru kif ir-Russja reġgħet irriturnat bl-aggressjoni tagħha fil-peniżola tal-Krimea.
Mill-banda l-oħra, is-Servizzi Sigrieti Federali tar-Russja nnegaw dan u qalu li għandhom l-evidenza li Kjev ħejja u orkestra l-provokazzjonijiet fil-Baħar l-Iswed, liema evidenza mistennija tiġi żvelata f’qasir żmien.
//= $special ?>