Ir-Russja wettqet numru ta’ attakki mill-ajru kontra r-ribelli fis-Sirja li qed ikunu akkużati b’li wettqu ‘attakk bil-kimika’ fuq il-belt ta’ Aleppo li hi taħt il-kontroll tal-Gvern Sirjan.
Is-Sirja u l-alleati Russi tagħha qalu li kienu sparati balal ‘tal-gass velenuż’ li ħallew talanqas 100 midruba fl-inħawi ta’ Aleppo. L-istampa tal-Gvern Sirjan, intant, uriet ritratti tar-residenti ta’ Aleppo li, wara l-allegat attakk, kienu trattati l-isptar għal sintomi tan-nifs.
Ir-ribelli li qed jiġġieldu kontra l-President Sirjan, Bashar al-Assad, ċaħdu li wettqu attakk ta’ dan it-tip u sostnew li l-akkużi huma kollha ‘parti minn pjan ta’ Assad u l-alleati biex jattakkaw iz-zoni taħt il-kontroll tal-Oppożizzjoni Sirjana’.
Diversi bnadi tar-reġjun ta’ Aleppo, flimkien mal-provinċji ( ġirien) ta’ Hama u Idlib , qed ikunu kontrollati minn ribelli li għandhom l-appoġġ tat-Turkija. Hemm ukoll inħawi fil-qrib f’idejn il-gruppi tal-ġiħadisti.
//= $special ?>

