Raġel ġie kkundannat għal 14-il xahar priġunerija sospiżi għal sentejn kif ukoll ġie mmultat €1,500 wara li ammetta l-akkużi marbuta ma’ dħul ta’ flus minn fuq il-prostituzzjoni.
Dan hekk kif Carmel Schembri tressaq il-Qorti akkużat li għamel xi qligħ minn fuq il-prostituzzjoni hekk kif fil-Qorti nstemgħa kif ir-raġel kien jitħallas abbażi ta’ 15% commission mingħand kull prostituta.
Dan filwaqt li tlett nisa mir-Repubblika Domenikana, li l-età tagħhom tvarja bejn l-24 u s-56 sena ammettew li pprostitwixxew ruħhom u li użaw tlett stabbilimenti sabiex taw is-servizzi tagħhom.
Il-barranin, li la jafu Ingliż u wisq anqas Malti, ingħataw erbatax-il xahar sospiżi għal erbgħa snin kif ukoll kellhom flus kontanti kkonfiskati mill-Qorti.
//= $special ?>