Lokali

JESC: Malta tispiċċa fil-5 post

Malta kklassifikat fil-ħames post fil-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Marchin’ On interpretata mill-kantanta Ela.

Pajjiżna għamilha fit-tieni post, isegwi lill-Awstralja – fil-punti mgħotija mill-ġurija – madanakollu niżlet għal ħames pożizzjoni meta ġew amalgamati l-punti li ngħataw mill-pubbliku online.

Ir-rebbieħa ta’ din l-edizzjoni kienet Roksana Węgiel tal-Polonja, bil-kanzunetta “Anyone I Want To Be”.