Il-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa’ jaħrab mill-iskandlu 17 Black.
F’kollegament dirett fuq ir-radju Laburista minn Brussell, Muscat evita għal kollox milli jindirizza l-akbar mazra li għandu ma saqajh il-Partit Laburista, u għal jum iehor….naqas milli jilqa’ l-appelli tal-media indipendenti u tal-Partit Nazzjonalista sabiex tintrefa’ r-responsabbilta’ politika.
Dan wara l-fatti ġodda li ħarġu fl-aħħar ġimgħat, u li juru li kien hemm eluf li kellhom jgħaddu mill-kumpanija sigrieta ta’ wieħed mid-diretturi tal-Electrogas, għand il-kumpaniji Hearnville u Tillgate – ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Fuq ir-radju Laburista, Muscat tkellem dwar il-faqar fejn ftahar li ċ-ċifri naqsu bi 17%. Madanakollu l-istatistika maħruġa mill-Gvern stess, li hija ppublikata wkoll fid-dokument tal-Partit Nazzjonalista ‘Ġid Għal Kulħadd – Soċjeta li Jimpurtaha’, jidher biċ-ċar li dan mhux minnu.
Dan hekk kif bejn 2012 – 2017 kien hemm żieda ta’ 2,565 persuna li huma f’riskju ta’ faqar. Flok jeradika l-faqar, dan il-Gvern qiegħed iżid il-faqar ankè fost it-tfal. Fl-aħħar hames snin, dejjem skont iċ-ċifri tal-Gvern Laburista, il-faqar finanzjarju żdied b’aktar minn 10,400 persuna sabiex issa l-faqar finanzjaru laħaq it-72,143.
Il-Prim Ministru spjega li l-Gvern qed isolvi l-faqar billi joħroġ iċ-ċekkijiet. Huwa sostna li meta jiġi mistoqsi għalfejn ma joħroġx iċ-ċekkijiet f’daqqa… r-risposta tal-Prim Ministru tkun l-għax ‘dak huwa li jaffordja’ il-Gvern.
Madanakollu, għalkemm f’dan il-qasam il-but tal-Gvern Laburista huwa fjakk – mhux il-faxxi l-baxxi qed igawdu mis-Surplus – iżda ankè l-ħbieb qrib ta’ Kastilja.
Dan hekk kif tul din il-ġimgħa biss tħabbar li l-eks Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Tony Zarb, ġie mahtur bħala konsulent mill-Ministeru tat-Turiżmu, filwaqt li l-preżentatur tal-magna tal-propaganda Laburista Karl Stagno Navarra kien mahtur bħala konsulent ta’ Transport Malta ghall-media – din tal-aħħar żvelata fil-harga tas-Sunday Times of Malta. Skont dan il-ġurnal, Stagno Navarra ser ikun qed idaħħal mal-1,500 ewro fix-xahar.
//= $special ?>